Prosekutur privat, kwerelant privat u parti ċivili
PROSEKUTUR PRIVAT
Vittma li ġarrbet ħsara pekunjarja jew mhux pekunjarja minn reat li jitmexxa mill-prosekuzzjoni pubblika għandha dritt tipparteċipa fil-proċedimenti tal-qorti bħala prosekutur privat.
Id-dritt għall-għajnuna legali f’kull stadju tal-proċedimenti tal-qorti.
KWERELANT PRIVAT
Il-vittma ta’ reat imħarrek fuq ilment privat tagħha tista’ tressaq u tmexxi l-prosekuzzjoni quddiem il-qorti bħala kwerelant privat.
Id-dritt għall-għajnuna legali f’kull stadju tal-proċedimenti tal-qorti.
PARTI ĊIVILI
Il-vittma jew il-werrieta tagħha, kif ukoll persuni ġuridiċi li ġarrbu ħsara mir-reat, jistgħu jressqu talba ċivili għal kumpens fil-proċedimenti kriminali quddiem il-qorti u jipparteċipaw fihom bħala partijiet ċivili.
Id-dritt għall-għajnuna legali f’kull stadju tal-proċedimenti tal-qorti.